Nistenbaħ b’ħasda kiesħa f’nofs ta’ lejl
u nintebaħ, b’qalbi ttaqtaq, b’kemm qiegħed
waħdi, u kemm ħaqqni, u kemm hawn taħti
is-saqqu u l-art mhumiex għajr illużjoni —
nieżel f’abbiss tond u m’hawn xejn li jżommni:
fond daqs l-għajnejn li stkerrhuni għal għomri,
fond daqs id-demm qed joqtorli mill-pori,
fond daqs il-fwied qed jiswied bil-memorji,
fond daqs il-ġuf maħtuf minn ħoġor ommi.

Cały dygoczę w środku nocy,
do mojego zdyszanego serca dociera,
jak bardzo jestem samotny, jak winny,
a materac i podłoga pode mną są tylko iluzją –
bezdennej otchłani, w którą spadam i spadam:
głębokiej jak wieczna pogarda oczu,
głębokiej jak krew cieknąca z każdego poru,
głębokiej jak ściemniała przeszłością wątroba,
głębokiej jak skradzione łono mojej matki.